IL-KARNIVAL TRAĠIKU TAL-1823
Dan l-aħħar, għaddiet ġrajja minn għala widnejja li qatt ma kont smajtha qabel. Tikkonċerna traġedja li seħħet fil-Karnival tal-1823, fil-ġurnata tat-11 ta’ Frar, li fiha, għadd kbir ta’ tfal mietu ġewwa l-Kunvent tal-Franġiskani, fil-Belt Valletta. Iddeċidejt li nistħarreġ dan ir-rakkont…