Tag Malta

ARTI BL-GĦADAM UMAN

L-ewwel darba li rajt ritratt tal-Kappella tal-Għadam li kien hemm il-Belt tkexkixt! Ma stajtx nifhem xi jwassal biex bniedem jibni xi ħaġa makabra bħal dik. Kien għalhekk li xtaqt nara l-perspettiva ta’ ħaddieħor dwarha. Intant, ftit tal-ġranet ilu nirċievi telefonata…

MIRA KULTURALI GĦAS-SENA 2020

Għalkemm pajjiżna minħabba ċ-ċokon tiegħu jaf jintilef fix-xejn meta wieħed ikun qed jifli xi mappa tad-dinja, l-istorja tiegħu turi xort’oħra. Fil-fatt il-pożizzjoni ġeografika ideali f’nofs il-baħar Mediterran dejjem attirat l-attenzjoni ta’ dawk li għarfu l-potenzjal tal-art tagħna u minħabba f’hekk…

JEKK MA TEMMINX X’JIBQA’?

It-twemmin huwa l-verità miżmuma fil-moħħ; il-fidi hija n-nar fil-qalb… Joseph Fort Newton (1880 – 1950) Il-Papa Benedittu XVI ġie u mar. Għal uħud din kienet miġja li qanqlet ferħ kbir u bil-ġiri marru bi ħġarhom biex jilqgħuh. Oħrajn forsi kienu…

MILIED FIX-XELTER U MEMORJI TAL-GWERRA

Kultant jiġu drabi meta nħossni qisni x-xbieha ta’ mera mfarrka… persuna waħda b’diversi angoli li kollha jippreżentaw l-istess wiċċ imma fir-realtà l-ebda waħda mhi bħall-oħra. Fil-fatt sikwit insib ruħi niġġieled miegħi nnifsi għax min-naħa inkun naħsibha mod u min-naħa l-oħra…

JEŻISTI L-FAQAR F’MALTA?

Kultant naħsbu li l-faqar jikkonsisti biss f’li tkun bil-ġuħ, bla ħwejjeġ jew bla dar. Fir-realtà l-akbar faqar huwa meta wieħed isib ruħu waħdu għax ħadd ma jridu, ħadd ma jħobbu u ħadd ma jinteressa ruħu minnu… Mother Teresa (1910-1997) Jista’…

INTI TAFHA L-ISTORJA TIEGĦEK?

“Dawk li ma jistghux jitghallmu mill-istorja huma destinati li jirrepetuha.” George Santayana 1863 – 1952 (filosofu u kittieb) Sa minn meta l-ġenituri tiegħi ħaduni nara l-ewwel postijiet storiċi Maltin, qalbi ntilfet wara l-istorja. Kelli xewqa kbira li meta nikber insir…

NIXTIEQU NISILFU GĦAJNEJNA

Tistaqsix x’jista’ jagħmel għalik pajjiżek imma ara x’tista’ tagħmel int għalih…. John F Kennedy. Hekk kif rajt ir-ritratt ta’ din il-koppja fuq l-internet mill-ewwel inġbidt lejhom. Hu Malti u hi mill-Malaysia. L-istint qalli li kien hemm xi storja interessanti f’ħajjithom.…

ĊAFĊIFA MAĊ-ĊIEF

Kull sena, fil-bidu tas-Sajf, il-BirdLife Malta torganizza għall-membri tagħha vjaġġ qasir bid-dgħajsa lejn l-irdumijiet magħrufa bħala Ta’ Ċenċ bil-għan li titgawda l-kolonja kbira taċ-ċief li jgħixu f’dawk l-inħawi. Dis-sena ġejt mistiedna minn Geoffrey Saliba, l-Campaigns Co-ordinator ta’ BirdLife Malta, sabiex…

L-EWWEL PASSI TA’ SKULTUR

“Rajt anġlu f’irħama u qbadt nonqox fiha sakemm illiberajtu,” qal darba Michelangelo meta staqsewh x’wassal biex għamel skultura partikolari. L-arti minn dejjem kienet għal qalbi. Dik li artist titwieled u mhux issir nemmen biha u għaldaqstant taffaxxinani. Il-fatt li għandek…