IL-KULURI TAĊ-ĊINA (Id-9 Parti) Il-Palazz tas-Sajf
Meta żżur il-palazzi antiki taċ-Ċina ma tistax ma timpressjonax ruħek. Għandhom wisq stil distint u sabiħ u bla ma trid tħossok donnok qiegħed f’dinja oħra. L-istil magħżul tal-arkitettura jidher biċ-ċar li hu maħsub biex iħaddan u mhux jirkeb fuq in-natura…