SWALI ĠODDA TA’ ŻMIEN IL-BRONŻ FIL-MUŻEW NAZZJONALI TAL-ARKEOLOĠIJA
Hekk kif dil-ġimgħa attendejt għall-ftuħ tas-swali l-ġodda ta’ Żmien il-Bronż fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-belt Valletta, ikkonfermajt li finalment il-poplu Malti jista’ jħossu kburi bil-livell attraenti u modern li ntlaħaq permezz ta’ dawn l-esebizzjonijiet arkeoloġiċi. Waqt introduzzjoni qasira li saret lill-pubbliku…