Tag pesta

XENI ĦAJJIN TAL-PESTA TAL-1813 FIŻ-ŻEJTUN

Għal żmien twil fl-istorja tal-bniedem ma kienu jinġabru l-ebda dettalji dwar il-popolazzjonijiet tal-pajjiżi. In-nies kienu jitwieldu, jiżżewġu, imutu u jindifnu mingħajr qatt ma titniżżel nota waħda dwarhom, daqs li kieku qatt m’eżistew! Din is-sitwazzjoni nbidlet meta l-Knisja bdiet iżżomm l-ewwel…

AKTAR MA NĦAFFER AKTAR INSIB

“Jiena għandi vantaġġ li ma nsuqx,” bdieli d-diskors l-personaġġ li kellimt dil-ġimgħa, Tony Terribile. “Għaldaqstant kull fejn immur ikolli nimxi u b’hekk insib aktar ċans biex nosserva mill-qrib it-toroq li nkun għaddej minnhom.” Perspettiva interessanti! Personalment ma nistax nimmaġinani ma…

ARTI BL-GĦADAM UMAN

L-ewwel darba li rajt ritratt tal-Kappella tal-Għadam li kien hemm il-Belt tkexkixt! Ma stajtx nifhem xi jwassal biex bniedem jibni xi ħaġa makabra bħal dik. Kien għalhekk li xtaqt nara l-perspettiva ta’ ħaddieħor dwarha. Intant, ftit tal-ġranet ilu nirċievi telefonata…

IL-GWERRA MA DIFNITUX…

Kull meta nara xi filmati dwar Malta fil-gwerra, qalbi tingħasar. Ma niflaħx nara lil dawk l-ajruplani jitilqu l-bombi fuq niesi u fuq pajjiżi. Taqbadni rabja kbira u ma nkunx nista’ nikkontrolla d-dmugħ hekk kif nara n-nies imwerwra jiġru fit-triqat biex…