Tag San Pawl

Temmen jekk trid

Soqt għal għonq it-triq lejn il-Mellieħa taħt sema tqila bi sħab iswed ċomb u tlabt bil-qalb li nilħaq nasal qabel din ifettlilha tiftaħ bwiebha… U oħroġ il-għaġeb, hekk kif missejt mat-tarġa tal-bieb tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, inħoss l-ewwel qatriet qawwija nieżla…

Fuq il-passi ta’ Pawlu

“Kif ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta. In-nies tagħha ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. Laqgħuna tajjeb lilna lkoll u qabbdulna ħuġġieġa, għax kienet bdiet nieżla x-xita u kien il-bard….” Għoddni qed nilmaħ lill-appostlu San Luqa…