Tag Torċa

Temmen jekk trid

Soqt għal għonq it-triq lejn il-Mellieħa taħt sema tqila bi sħab iswed ċomb u tlabt bil-qalb li nilħaq nasal qabel din ifettlilha tiftaħ bwiebha… U oħroġ il-għaġeb, hekk kif missejt mat-tarġa tal-bieb tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, inħoss l-ewwel qatriet qawwija nieżla…

Kurżitajiet dwar Bormla

Avviż li deher dan l-aħħar fuq il-Facebook mill-Cospicua Heritage Society, ġibidli l-attenzjoni u qanqalli l-kurżità. Dan peress illi l-pubbliku kien qiegħed jiġi mistieden biex fis-siegħat mudlama tal-lejl, jingħaqad ma’ grupp li kellu l-għan li jżur numru ta’ inħawi partikolari f’Bormla…

IL-VILLA RUMANA TAŻ-ŻEJTUN TAĦT IL-LENTI

Is-Sibt 6 t’Ottubru 2012, Wirt iż-Żejtun ser ikun qiegħed itella’ simpożju ta’ ġurnata fil-Juventutis Domus fi Triq San Girgor iż-Żejtun, li ser jitratta s-sit arkeoloġiku tal-villa Rumana li jinsab fl-inħawi tal-iskola sekondarja tal-bniet Santa Margerita (magħrufa wkoll bħala Carlo Diacono)…

ĠMIEL IN-NATURA MALTIJA

Nista’ ngħid li l-artikli ta’ Perspettivi bdewli l-vjaġġ tiegħi fid-dinja tal-kitba. Permezz tagħhom kelli l-opportunità li niltaqa’ ma’ diversi individwi li qasmu miegħi l-fehmiet u l-ġrajjiet tagħhom sabiex jiena nwassalhom lilkhom. Tawni wkoll iċ-ċans biex nifhem il-potenzjal tal-midja u kemm…

IR-RAKKONT TAL-AKBAR ĠRAJJA

Skont W J Cameron “Kien hemm biss Milied wieħed…. il-bqija huma kollha anniversarji.”  U ħadd ma jista’ jlumu għax hekk hu. Forsi għalhekk li aktar ma jgħaddi ż-żmien, is-sinifikat oriġinali tiegħu qiegħed dejjem kull ma jmur jintilef u jinbidel fit-tema…

WISQ AKTAR MINN GĦAR

L-għerien joħolqu ċerta ġibda partikolari fil-bniedem. Forsi minħabba li fl-ewwel snin bikrin tiegħu dawn offrewlu rifuġju, filwaqt li ħitanhom servew bħala tila primittiva għall-espressjoni tal-eqdem artisti. Jista’ jkun ukoll minħabba li fil-qalba mudlama tagħhom l-għerien jagħtu lok għal kull xorta…

MEMORJI STORIĊI F’TA’ BRAXIA

Il-ħajja tal-bniedem hija kumplimentari mal-bqija tan-natura u għaldaqstant għandha wkoll il-fażijiet tagħha: tibda mit-twelid, tkompli bit-tfulija, tiżvolġi fil-ħajja adulta, timxi għall-anzjanità u tintemm bil-mewt. Iżda l-mewt mhiex finali għax finalment hemm ir-reġenerazzjoni. U hekk kif l-ewwel xtieli żgħar ħadranin ifiġġu…

IMĦABBA BLA KUNDIZZJONI

Ngħiduha kif inhi, sikwit dil-ħajja mhiex faċli tgħixha. Bosta drabi teħodlok ħafna aktar milli tagħtik u lil uħud minna għandha ħabta tkabarhom saħansitra xi ftit aktar mill-oħrajn. Jiġu mumenti meta jagħtik li tfendi għal rasek u li tħalli l-mewġ iħabbat…

DFIN JEW KREMAZZJONI?

Iż-żieda konsiderevoli fil-prezzijiet tal-oqbra li ġiet imħabbra dan l-aħħar qanqlet reazzjoni fost numru ta’ individwi. Uħud tkażaw kif anki meta tiġi biex tagħlaq għajnejk trid tħabbel rasek minħabba l-finanzi. Oħrajn staqsew il-għala l-kremazzjoni għadha qatt ma ddaħħlet f’pajjiżna? Individwi oħra…

IL-MERA TAD-DEFFIEN

“Twelidna mhu xejn ħlief il-bidu tal-mewt tagħna” kiteb il-poeta Edward Young (1681 – 1765). Ħsieb pjuttost negattiv u anki kemmxejn makabru…. imma reali. “Xi nies tant jibżgħu li għad imutu li qatt ma jibdew jgħixu” innota l-awtur u saċerdot Henry…