PONT MAĊ-ĊINA – IT-TIENI PARTI – L-arti ta’ kif tgħix b’saħħtek
Għal ħafna mis-soċjetajiet tal-Punent, l-idea ta’ xi tfisser li tkun b’saħħtek hija li ma tkunx marid. Iżda dan mhux il-każ fil-kultura Ċiniża. Infatti fiċ-Ċina l-aspett tas-saħħa jinkorpora fih sistema komprensiva ta’ stil ta’ ħajja li tinsisti ħafna fuq il-bilanċ tal-eżistenza,…