Category Articles

L-ILLUŻJONI TAS-SBUĦIJA

Jingħad li Cleopatra kienet tinħasel f’banju mimli ħalib imżejjen bil-petali tal-ward sabiex ikollha ġilda mill-ifjen u sabiħa. Imma min minna jiflaħ lussu bħal dak? U fir-realtà, kemm hu importanti li tidher sabiħa? Numru ta’ studji jsostnu illi l-individwi li huma…

IRRID NIDĦOL F’KULL KAPPELLA

Il-gżejjer tagħna huma miżgħuda bit-tifkiriet ta’ missirijietna imma tiskanta kemm il-milja taż-żmien għandu l-ħabta li jnessi ċerti ġrajjiet. Fost dawn hemm l-għadd ta’ kappelli ċkejknin, bosta minnhom dejjem magħluqin, donnhom abbandunati. Minn dejjem kienu jiġbduni lejhom, wieqfa hemm b’dik ir-rassenjazzjoni,…

IL-MUNITI LI ĠABU Ż-ŻEJTUN FL-INKWIET

Kont ilni ħafna biex niltaqa’ ma’ Carmelo P Baldacchino għax bosta kienu rrakkomandawhuli bħala riċerkatur ferventi dwar iż-Żejtun. Issa li reġgħu qorbu l-attivitajiet tant magħrufa ta’ Żejt iż-Żejtun, sibt ix-xoqqa f’moxtha biex insir nafu u anki biex niskopri xi ġrajjiet…

DAK L-ELEMENT TA’ UNIĊITÀ

F’dinja fejn ħafna donnhom jippruvaw jimitaw moda jew mit biex finalment jispiċċaw qishom kopji sbieħ ta’ xulxin, jispikka u jiġi apprezzat ħafna iżjed dak l-individwu li jfittex li jkun differenti mill-oħrajn. U bl-istess mod, f’dinja teknoloġika fejn il-magni kapaċi jagħmlu…

INT, SA FEJN KAPAĊI TASAL?

Jiġu mumenti f’ħajtek meta tħossok waħdek wisq. Qalbek titqal u bħal taqa’ dalma quddiem għajnejk. Ġewwa fik tibda tħoss bħal vojt profond li m’għandu l-ebda qiegħ. Il-kwistjonijiet ta’ madwarek  jibdew jidhru bla tarf u mingħajr ebda soluzzjoni. Nies f’dinjietek kemm…

TFAL, TITĦAJRU GĦAL AVVENTURA?

Xi minn daqqiet jiġu mumenti meta ħabta u sabta, għal ftit sekondi, inħoss is-sensazzjoni ta’ memorji li għaddejt minnhom matul ħajti. Daqqa niftakar f’xi post uniku li żort, drabi oħra nxomm xi fwieħa li dari kont inħobb nuża, f’waqtiet oħrajn…

ID-DESTIN: JEŻISTI JEW LE?

Kien film li rajna dil-ġimgħa li beda l-istorja kollha…. il-ġrajja kienet qed tesplora l-potenzjal ta’ teknoloġija li tieħdok fil-futur sabiex tevita inċidenti li jistgħu jseħħu. U f’ħin minnhom, hekk kif l-attur prinċipali rnexxielu jibdel id-destin ta’ waħda li kellha tmut,…