Category Articles

DAQQA T’ID LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Qawl Ċiniż jgħid: “Agħti ħuta lil xi ħadd u tkun tmajtu għall-ġurnata. Għallmu kif jistad u tkun tmajtu għal ħajtu.” L-għerf li hemm maħżun f’dan il-qawl huwa proprju l-għan wara l-proġett Embark4Life. “Kull bniedem jiġi f’punt fejn irid jakkwista l-indipendenza…

DIVERTIMENT F’POST L-INKWIET?

Il-Milied li għadda, irċevejt email li ħallietni xxukkjata! Bagħtithieli ħabiba tiegħi barranija, studenta ta’ 18-il sena li ġiet Malta biex tistudja fl-Università tagħna. Tfajla kwieta, bilkemm tgħid kelma fil-klassi, aħseb u ara tinbex lil xi ħadd f’Paceville. “Qlajt xebgħa,” kitbitli.…

MHUX X’TGĦID JGĦODD, IMMA KIF TGĦIDU

L-intervista li għamilt lil Trevor Zahra dil-ġimgħa kienet ilha snin sħaħ tinħema f’moħħi, probabbilment sa mill-ewwel ktieb tiegħu li ġie f’idejja ‘Dwal fil-fortizza’. Kien l-ewwel awtur Malti li fi tfuliti ħabbibni mal-lingwa tiegħi u kien hu wkoll l-ewwel wieħed li…

IS-SEĦER TA’ FILFLA

Ilni niftakarha minn dejjem… tgħid hi kemm ilha tiftakru lil pajjiżna? Remota, solitarja, f’nofs ta’ baħar, f’distanza biżżejjed kemm ma nilħquhiex, imma fl-istess ħin, tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod, kemm naqbdu dgħajsa u nsibu ruħna fuqha. Uħud isostnu li mhiex…

XENI ĦAJJIN TAL-PESTA TAL-1813 FIŻ-ŻEJTUN

Għal żmien twil fl-istorja tal-bniedem ma kienu jinġabru l-ebda dettalji dwar il-popolazzjonijiet tal-pajjiżi. In-nies kienu jitwieldu, jiżżewġu, imutu u jindifnu mingħajr qatt ma titniżżel nota waħda dwarhom, daqs li kieku qatt m’eżistew! Din is-sitwazzjoni nbidlet meta l-Knisja bdiet iżżomm l-ewwel…

STEDINA FIL-VILLA RUMANA TAŻ-ŻEJTUN

F’dawn l-aħħar ħmistax ingħatajt l-opportunità li nipparteċipa fi skavi arkeoloġiċi proprju fis-sit fejn sentejn ilu kont mort nara x-xogħol li kien sar biex nagħmel feature għal dil-gazzetta. Bilkemm stajt nemmen illi x-xewqa li ħassejt dakinhar biex ninżel inħaffer mal-gruppi li…

QRARA SSOLVI SERQA STORIKA

Kultant inqabbel lil dawn il-gżejjer ċkejknin tagħna ma’ dak it-tip ta’ bniedem li aktar ma titkellem miegħu u iżjed ma ssir taf dwaru, aktar tgħożżu u torbtu ma’ qalbek u kważi kważi tixxennaq li tibqa’ miegħu l-ħin kollu bit-tama li…

WAQT ĦARBA S’GĦAWDEX

Ix-xogħol qatt ma bżajt minnu imma daqstant ieħor dejjem fittixt il-bilanċ fejn imqar għal ftit mumenti nkun nista’ nieqaf u nistrieħ u ngawdi l-frott ta’ dak li nkun qed naħdem għalih. Għaldaqstant hekk kif għal dawn l-aħħar ġimgħat tħabatt u…

WIRT LI JPOĠĠINA FUQ PEDESTALL

Dil-ġimgħa f’gazzetta lokali qrajt illi madwar 800,000 viżitatur fis-sena jżuru s-sit ta’ Stonehenge u jħallu warajhom madwar 6 miljun lira sterlina. Meta tqis illi n-nefqa kapitali biex jieħdu ħsieb dal-post hija ta’ 2.4 miljun lira sterlina fis-sena, tifhem sewwa x’valur…

MEMORJI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA FIŻ-ŻEJTUN

Saret tiġrili kull sena f’daż-żminijiet u forsi llum wara din l-intervista, fhimt għaliex… Hekk kif jersqu dawn il-ġranet tal-Ġimgħa l-Kbira, nibda nħoss ċertu nostalġija u spiss jibdew għaddejjin  minn quddiem moħħi xi memorji ta’ dawn il-ġranet ta’ żmien tfuliti. Ngħidu…