Category Articles

SERENDIPITY

Dil-ġimgħa tgħallimt kelma ġdida bl-Ingliż – serendipity. Kelma pjuttost twila u b’sinifikat daqstant ieħor profond. Infatti talludi għall-kapaċità li tiskopri affarijiet ta’ valur b’mod aċċidentali, meta lanqas biss tkun qed tfittixhom. Iżda t-tifsira ta’ dil-kelma tkompli tinsinwa illi skoperti bħal…

MEMORJI TAL-MANDRAĠĠ

Il-Malti kellu raġun biex ibiegħ meta ħoloq il-qawl ‘Tini l-fama u itfagħni l-baħar’. Fil-fatt kultant nintebħu li akkost li nkunu tħabatna biex ma niġux influwenzati mill-opinjoni ta’ ħaddieħor, b’xi mod jew ieħor xorta waħda nkunu nġarrejna ma’ kurrent li forsi…

IT-TAMA FIT-TBATIJA

“Għalija kien xokk kbir! Jista’ jkun li għax forsi kont għadni nibda dak iż-żmien…. Ġabulna tarbija tat-twelid; il-qagħda tat-tifel kienet imwiegħra tant li ftit wara miet. Ma kellnix finanzi biex nixtrulu tebut għax kull sold li tuża tkun qed tisirqu…

X’TISTA’ TAGĦMEL BIL-BAJD?

Jiena u nikteb dan l-artiklu qed insegwi l-ħelsien ta’ numru ta’ individwi li kienu nqabdu għal diversi ġimgħat taħt l-art fil-minjiera ta’ San Jose fiċ-Ċili. Ma nistax ma nitqanqalx meta nifhem minn xhiex għaddew dawn il-persuni u l-familji tagħhom. U…

IL-PREZZ TAL-PROGRESS

Indubbjament l-aktar għal qalbi huma l-anzjani. Uħud mill-istejjer li jgħiduli jeħduni f’dinja oħra għal kollox differenti minn tiegħi. Nieħu gost nara l-perseveranza tagħhom akkost il-milja taż-żmien. U nitpaxxa narahom jhedew b’xi ħaġa li tagħtihom skop fil-ħajja. Kultant jgħaddili l-ħsieb jekk…

EJJA NAGĦTUH X’JAQRA LILL-POPLU

Dil-ġimgħa se nlaqqagħkom ma’ ħabib antik tiegħi li permezz tiegħu jiena komplejt insaħħaħ imħabbti lejn il-kotba. Sirt nafu l-ewwel darba meta bħala studenta, f’sajf minnhom, sibt ruħi qed naħdem fil-Librerija Pubblika Ċentrali li hemm il-Furjana. Bl-għajnuna ta’ Horace Portelli li…

MINN WARA L-ĦITAN TAL-KLAWSURA

Is-sorijiet tal-klawsura minn dejjem kienu jintrigawni. Qatt ma stajt nifhem l-għażla tagħhom li jinqatgħu kompletament mid-dinja biex imorru jingħalqu wara erbgħa ħitan. Spiss kont nipprova nimmaġina x’tip ta’ persuni jistgħu jkunu u x’inhu dak li jwassalhom biex jieħdu deċiżjoni drastika…

LURA FIŻ-ŻMIEN – IL-MALTIN FL-AWSTRALJA

Ironikament it-tmiem tal-gwerra dinjija kien il-kawża ta’ qgħad kbir f’pajjiżna. Bosta ħaddiema sfaw bla xogħol u wħud ma rawx għażla aħjar minn dik li jħallu lil art twelidhom biex imorru jfittxu xortihom f’pajjiż ieħor. Il-kontinent Awstraljan kien wieħed minn dawk…

TGĦID GĦADHOM JIFTAKRUNI?

Permezz ta’ dawn l-artikli qegħdha kull darba nikkonferma l-għerf tal-qawl Malti illi jgħid ‘mitt bniedem mitt fehma’. Spiċċa ż-żmien meta b’mod inġenwu kont naqsam lin-nies f’żewġ kategorji biss – favur jew kontra, abjad jew iswed, vi jew va. Perspettiva wara…

MIN SER JITĦAJJAR?

Dil-ġimgħa kont bejn ħalltejn niktibx l-intervista skont id-djalett Żejtuni li saret biha. Madanakollu finalment deherli li jekk nagħmel dan, jaf ikun hemm uħud mill-qarrejja li jsibu diffikultà biex isegwu u allura ddeċidejt li nittraduċi għall-Malti standard – skont kif isejjaħlu…