Category Articles

JIENA MA NAGĦTIX PARIRI IMMA SKANDLI

Jgħidu x’jgħidu, t-televiżjoni sar parti essenzjali minn ħajjitna. Tifhem dan l-aktar meta tagħmel xi ġranet mingħajru u tħossok qisek xi ras maqtugħa jew li m’intix f’dinja! Daqstant ieħor insiru midħla tal-karattri li jidħlu f’darna minn wara dak l-iskrin tiegħu. Uħud…

NIXTIEQ NAQBAD IT-TREN TAL-1931

L-ewwel darba li missieri qalli illi snin ilu f’Malta kellna tren, ħsibtu li kien qed jgħaddini biż-żmien u kellu jeħodni sar-restorant li kien hemm fl-Imtarfa biex emmintu. Niftakar sewwa kif kont bqajt b’ħalqi miftuħ hekk kif rajt l-istazzjon u r-ritratti…

ŻMIEN IL-GWERRA F’GĦAWDEX

Bħal bir fond li dejjem jixxennaq għall-ilma, aktar ma niltaqa’ ma’ nies li jirrakkuntawli dwar l-esperjenzi tagħhom, iżjed inħossni li rrid inkun naf. Permezz ta’ dawn l-individwi qegħdha niskopri l-għeruq ta’ niesi u ta’ pajjiżi u l-għożża tiegħi lejn dat-tnejn…

AKTAR MA NĦAFFER AKTAR INSIB

“Jiena għandi vantaġġ li ma nsuqx,” bdieli d-diskors l-personaġġ li kellimt dil-ġimgħa, Tony Terribile. “Għaldaqstant kull fejn immur ikolli nimxi u b’hekk insib aktar ċans biex nosserva mill-qrib it-toroq li nkun għaddej minnhom.” Perspettiva interessanti! Personalment ma nistax nimmaġinani ma…

X’SER JAGĦMLU T-TFAL DAS-SAJF?

Jingħad li t-tfal huma bħaż-żerriegħa. X’isir minnhom aktar il-quddiem jiddependi ħafna mill-art li jsibu ruħhom fiha u mill-kura li jingħataw b’mod regolari. Għaldaqstant issa li waslu l-vaganzi u bosta tfal għandhom ħafna ħin fuq ir-riħ, huwa għaqli li wieħed jinkoraġġihom…

AKTAR KIENET TAGĦTI KAS TAL-KANT TAL-KOR

Il-mużika hija l-ħoss li jħallu l-emozzjonijiet… Awtur mhux magħruf. Tiskanta x’jgħaddi minn moħħ it-tfal! Il-persuna li ntervistajt illum qaltli illi darba waħda, meta kienet għadha tifla ċkejkna, kienet marret tqerr għand qassis peress li ndunat illi waqt il-quddiesa aktar kienet…

ARTI BL-GĦADAM UMAN

L-ewwel darba li rajt ritratt tal-Kappella tal-Għadam li kien hemm il-Belt tkexkixt! Ma stajtx nifhem xi jwassal biex bniedem jibni xi ħaġa makabra bħal dik. Kien għalhekk li xtaqt nara l-perspettiva ta’ ħaddieħor dwarha. Intant, ftit tal-ġranet ilu nirċievi telefonata…

MIRA KULTURALI GĦAS-SENA 2020

Għalkemm pajjiżna minħabba ċ-ċokon tiegħu jaf jintilef fix-xejn meta wieħed ikun qed jifli xi mappa tad-dinja, l-istorja tiegħu turi xort’oħra. Fil-fatt il-pożizzjoni ġeografika ideali f’nofs il-baħar Mediterran dejjem attirat l-attenzjoni ta’ dawk li għarfu l-potenzjal tal-art tagħna u minħabba f’hekk…

IL-FOTOGRAFU TAN-NATURA

Kienet kbira l-agħa li qamet meta l-ewwel esploraturi tal-kontinent Afrikan ħadu lura magħhom l-oġġetti, l-ħlejjaq u sfortunatament anki xi individwi Afrikani. Minn dakinhar in-nies intilfet wara din l-art misterjuża u sal-ġurnata ta’ llum is-seħer tagħha għadu tant qawwi li bosta…