Category Articles

ID-DRAMA TOFFRILEK DINJA DIFFERENTI

Illum il-produzzjonijiet tad-drama Maltin qed ifaqqsu minn kullimkien. Bosta individwi qed jingħataw l-opportunità li jidhru fuq it-TV. Imma fir-realtà kulħadd kapaċi jirreċta? Kemm huwa diffiċli biex tgħallem lit-tfal jirreċtaw? Id-drama talent li titwieled bih jew titgħallmu? Biex nieħdu r-risposti għal…

IL-ĠLIEDA GĦAD-DRITTIJIET U D-DINJITÀ

It-28 t’April 1958 jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-agħar ġranet li qatt ra pajjiżna. Nhar il-Ħadd 26 t’April 2009, fis-Sala taċ-Ċentru Laburista ta’ Raħal Ġdid fid-9:30am ser issir laqgħa ta’ diskussjoni biex jitfakkru l-avvenimenti li seħħew f’dawk iż-żminijiet u anki biex…

L-INTERESS TAT-TFAL JIĠI L-EWWEL

Wara artiklu riċenti li deher fit-Torċa rigward abbuż fuq tifel ta’ erbgħa snin, iddiskutejna mal-APPOĠĠ il-proċeduri li jittieħdu f’dawn il-każi. Iltqajna ma’ Ruth Sciberras li hija s-Service Manager tat-Taqsima tas-Servizzi Għat-Tfal. “Diffiċli biex togħġob lil kulħadd” qaltilna. “Sfortunatament f’xogħolna bosta…

ID-DIJABETE TRID TITGĦALLEM TGĦIX MAGĦHA

Jista’ jkun li l-ħajja ta’ llum tidher ferm aħjar minn dik ta’ qabel. Ċertament il-kumditajiet li jeżistu fil-preżent, itaffu bosta mid-diffikultajiet li kien hemm dari. Imma fid-dinja, kollox għandu żewġt uċuh. U daqshekk ieħor din il-kwalitá ta’ ħajja. In-nuqqas ta’…

L-ISKARLATINA F’MALTA

Din il-ġimgħa reġa’ nstab każ ieħor ta’ Skarlatina fi skola primarja tal-Gvern. Isem din il-marda partikolari għandu tendenza li joħloq il-paniku fost il-ġenituri. Madanakollu, għalkemm din il-marda fil-passat kienet waħda fatali, illum titfejjaq sempliċiment permezz ta’ antibijotiċi li jagħtik it-tabib…

L-IMMIGRANTI ILLEGALI – MAGĦLUQIN U MISTKERRĦA

Il-kwistjoni tal-immigranti illegali ilha għaddejja s-snin f’pajjiżna. U kull ma jmur, in-numru tagħhom dejjem qed jiżdied. Jekk hux fix-xhur tas-Sajf jew inkella fl-eqqel tax-Xitwa, dawn l-individwi qed jissugraw ħajjithom biex isibu ħajja aħjar. Minflok isibu ruħhom f’Malta, magħluqin ġoċ-ċentri ta’…

JERSQU LEJN ID-DINJA TAX-XOGĦOL B’MOD RESPONSABBLI

Hekk kif  l-istudenti jersqu lejn l-aħħar snin tagħhom fl-iskejjel sekondarji, jibdew jaħsbu bis-sħiħ dwar jekk ikomplux l-istudji tagħhom post sekondarji jew inkella jittantaw xortihom fid-dinja tax-xogħol. Għaldaqstant fil-Kulleġġ San Benedittu beda dak li qed jissejjaħ Career Studies. INTERVISTA: MARJOE CASSAR…

ILMA TAX-XITA MORMI L-BAĦAR

F’dawn l-aħħar jiem, fil-gżejjer tagħna niżel ammont kbir ta’ xita. Uħud isostnu li din hija barka meta pajjiżna huwa tant nieqes mill-ilma. Imma fir-realtà x’qed jiġri mill-ilma tax-xita? Qegħdin ingawdu minnu jew il-biċċa l-kbira tiegħu qiegħed jintilef fix-xejn? Dorna ma’…

MOĦQRIJA FIŻIKA U PSIKOLOĠIKA FUQ IT-TFAL

Sa fejn għandha tasal id-dixxiplina fuq it-tfal? Il-ġenituri x’jeddijiet għandhom fuq uliedhom? Is-swat fuq it-tfal huwa aċċettabbli? Il-moħqrija psikoloġika fuq it-tfal f’hiex tikkonsisti? Kif tagħraf tfal li jkunu maħqura u x’għandek tagħmel? INTERVISTA: JASON COPPERSTONE – Councelling Psychologist Fi żmien mhux…