Tag Tieni Gwerra Dinjija

Fuq il-passi ta’ Pawlu

“Kif ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta. In-nies tagħha ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. Laqgħuna tajjeb lilna lkoll u qabbdulna ħuġġieġa, għax kienet bdiet nieżla x-xita u kien il-bard….” Għoddni qed nilmaħ lill-appostlu San Luqa…

Kurżitajiet dwar Bormla

Avviż li deher dan l-aħħar fuq il-Facebook mill-Cospicua Heritage Society, ġibidli l-attenzjoni u qanqalli l-kurżità. Dan peress illi l-pubbliku kien qiegħed jiġi mistieden biex fis-siegħat mudlama tal-lejl, jingħaqad ma’ grupp li kellu l-għan li jżur numru ta’ inħawi partikolari f’Bormla…

WISQ AKTAR MINN GĦAR

L-għerien joħolqu ċerta ġibda partikolari fil-bniedem. Forsi minħabba li fl-ewwel snin bikrin tiegħu dawn offrewlu rifuġju, filwaqt li ħitanhom servew bħala tila primittiva għall-espressjoni tal-eqdem artisti. Jista’ jkun ukoll minħabba li fil-qalba mudlama tagħhom l-għerien jagħtu lok għal kull xorta…

MEMORJI STORIĊI F’TA’ BRAXIA

Il-ħajja tal-bniedem hija kumplimentari mal-bqija tan-natura u għaldaqstant għandha wkoll il-fażijiet tagħha: tibda mit-twelid, tkompli bit-tfulija, tiżvolġi fil-ħajja adulta, timxi għall-anzjanità u tintemm bil-mewt. Iżda l-mewt mhiex finali għax finalment hemm ir-reġenerazzjoni. U hekk kif l-ewwel xtieli żgħar ħadranin ifiġġu…

LURA FIŻ-ŻMIEN – IL-MALTIN FL-AWSTRALJA

Ironikament it-tmiem tal-gwerra dinjija kien il-kawża ta’ qgħad kbir f’pajjiżna. Bosta ħaddiema sfaw bla xogħol u wħud ma rawx għażla aħjar minn dik li jħallu lil art twelidhom biex imorru jfittxu xortihom f’pajjiż ieħor. Il-kontinent Awstraljan kien wieħed minn dawk…

ŻMIEN IL-GWERRA F’GĦAWDEX

Bħal bir fond li dejjem jixxennaq għall-ilma, aktar ma niltaqa’ ma’ nies li jirrakkuntawli dwar l-esperjenzi tagħhom, iżjed inħossni li rrid inkun naf. Permezz ta’ dawn l-individwi qegħdha niskopri l-għeruq ta’ niesi u ta’ pajjiżi u l-għożża tiegħi lejn dat-tnejn…

ARTI BL-GĦADAM UMAN

L-ewwel darba li rajt ritratt tal-Kappella tal-Għadam li kien hemm il-Belt tkexkixt! Ma stajtx nifhem xi jwassal biex bniedem jibni xi ħaġa makabra bħal dik. Kien għalhekk li xtaqt nara l-perspettiva ta’ ħaddieħor dwarha. Intant, ftit tal-ġranet ilu nirċievi telefonata…

IL-BIDLA TAD-DESTIN

Ma nafx b’liema armi ser tiġi missielta t-Tielet Gwerra Dinjija imma r-Raba’ Gwerra Dinjija ser tiġi miġġielda biz-zkuk u l-ġebel… Albert Einstein. Riċentement f’gazzetta lokali, ġibditli l-attenzjoni ittra partikolari li kienet qed tfakkar iż-żminijiet tat-Tieni Gwerra Dinjija. Laqgħatni l-aktar il-fatt…

IL-ĠLIEDA GĦAD-DRITTIJIET U D-DINJITÀ

It-28 t’April 1958 jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-agħar ġranet li qatt ra pajjiżna. Nhar il-Ħadd 26 t’April 2009, fis-Sala taċ-Ċentru Laburista ta’ Raħal Ġdid fid-9:30am ser issir laqgħa ta’ diskussjoni biex jitfakkru l-avvenimenti li seħħew f’dawk iż-żminijiet u anki biex…