Tag Żejtun

WIRT IŻ-ŻEJTUN

Kull meta nċempel lill-ġenituri tiegħi, tiġri ħaġa partikolari – awtomatikament naqleb l-istil tal-lingwaġġ għad-djalett Żejtuni u hekk kif naqta’, nerġa’ lura għal Malti tas-soltu. Ma nagħmiliex apposta imma nieħu gost meta xi ħadd jiġbidli l-attenzjoni għal dan il-fatt għax fir-realtà…

IL-ĦOLQIEN TA’ KULT

Nifktakar li fi tfuliti kont naffaxxina ruħi u fl-istess ħin nitwaħħax meta kont ngħaddi minn ħdejn artal partikolari li kien jinsab f’waħda mill-korsiji tal-Knisja ta’ Santa Katerina, ż-Żejtun. Ġewwa fih kien iħaddan statwa ta’ qaddisa mimduda fl-art, bil-pala ta’ jdejha…

MIN SER JITĦAJJAR?

Dil-ġimgħa kont bejn ħalltejn niktibx l-intervista skont id-djalett Żejtuni li saret biha. Madanakollu finalment deherli li jekk nagħmel dan, jaf ikun hemm uħud mill-qarrejja li jsibu diffikultà biex isegwu u allura ddeċidejt li nittraduċi għall-Malti standard – skont kif isejjaħlu…

AKTAR MA NĦAFFER AKTAR INSIB

“Jiena għandi vantaġġ li ma nsuqx,” bdieli d-diskors l-personaġġ li kellimt dil-ġimgħa, Tony Terribile. “Għaldaqstant kull fejn immur ikolli nimxi u b’hekk insib aktar ċans biex nosserva mill-qrib it-toroq li nkun għaddej minnhom.” Perspettiva interessanti! Personalment ma nistax nimmaġinani ma…

L-EWWEL PRESEPJU MEKKANIKU

“Għandi ħolma!” qal il-Monsinjur Emmanuel Galea lil neputih Pawlu Pavia. Kien l-1945 u Malta kienet għadha kif għaddiet miż-żmien qalil tal-gwerra. L-isqof kien mar joqgħod iż-Żejtun minħabba l-attakki kontinwi fuq l-Isla u matul dak iż-żmien huwa kien laħaq bħala direttur…

JIEN KONT HAWN!

Huwa biss permezz ta’ analiżi storika li nistgħu niskopru kif jitfassal il-bniedem peress li hija l-Istorja nnifisha li tiffurmah…. Émile Durkheim L-istorja minn dejjem kienet tqanqalni. Nemmen illi l-bniedem in ġenerali mhux ħlief riżultat tal-passat tiegħu. Ibdel ħaġa waħda mill-passat…