Tag Tieni Gwerra Dinjija

It-twelid fid-djar fil-passat

Il-ġimgħa li għaddiet iddiskutejt xi informazzjoni li ppreżentat Janice Caruana waqt attività riċenti organizzata minn Wirt iż-Żejtun fil-bini tal-Juventutis Domus, li kienet relatata mal-irwol tal-majjistra ta’ dari. Fl-artiklu ta’ qabel, semmejt xi dettalji u rakkonti dwar numru ta’ majjistri li…

L-Album tal-Priġunieri tal-Gwerra

Ġurnata minnhom, ġewwa l-binja tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta fir-Rabat, tfaċċat mara anzjana mill-Kanada. F’idejha kellha xi dokumenti, fosthom album ta’ missierha li kien imur lura għall-Ewwel Gwerra Dinjija. Hi xtaqet tkun taf jekk l-arkivisti tagħna kienux isibu xi interess fl-oġġetti…

Imħabba sa wara l-mewt

Hekk kif illum qegħdin niċċelebraw Jum l-Erwieħ kollha, deherli li għandi nippreżentalkhom ġrajja li xi ftit jew wisq, għandha x’taqsam ma’ dan il-perjodu. Madanakollu, aktar milli nikteb dwar in-niket li ġġib magħha l-mewt, permezz ta’ dan l-artiklu nixtieq nuri illi…

Missieri kien enigma

Din il-ġimgħa ddeċidejt li nlaqqgħakhom man-Nutar Paul George Pisani li huwa iben il-mibki poeta magħruf Għawdxi, Ġorġ Pisani. Iltqajna fl-uffiċċju tiegħu li jinsab fil-proprjetà fejn hu kien jgħix flimkien mal-ġenituri tiegħu fi Triq Putirjal, ir-Rabat, Għawdex. Faċċata, donnu biex iżomm…

Il-ġrajja ta’ Grabiel

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, Wied il-Għajn qiegħed kull ma jmur jinbena u ftit ftit, l-għelieqi tal-inħawi qegħdin jogħsfru daqs li kieku qatt ma kienu. Infatti llum diġa’ hija diffiċli biex wieħed iġib quddiem għajnejh kif kien dan il-villaġġ għexieren ta’…

Sengħa taħt theddida

Għall-artiklu ta’ din il-ġimgħa għażilt li nitratta s-sengħa antika tal-bini tad-dgħajjes li ilha tintiret fost niesna għal bosta snin. B’dan il-għan iltqajt ma’ Ġużu Maniscalco u ma’ Mario Aquilina, żewġ mgħallma f’dan il-qasam, li minn taħt idejhom għaddew bosta opri…

Stilla Maltija f’Hollywood

  Kull meta nsemmi lill-artist Malti Joseph Calleia, kważi kulħadd jaħseb li qed nirreferi għat-tenur lokali ta’ fama internazzjonali, Joseph Calleja. Imma dan tal-aħħar twieled tliet snin wara li miet l-attur Malti li f’Hollywood irnexxielu jikseb suċċess kbir, hekk kif…

Il-ġrajja tal-arġentier

Illum ser nerħulha għal għonq it-triq ta’ sensiela ġdida li ħa teħodna fuq vjaġġ ieħor li din id-darba se jlaqqagħna ma’ kobor il-Malti. Wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ din il-kitba se jkun li jitfa’ dawl fuq il-poplu tagħna li minnu sikwit…

600 sena ta’ memorja pubblika

Xi mkien trid tieqaf! Infatti, għalkemm konxja li hemm ħafna aktar ġabriet interessanti x’nikteb dwarhom, dan ser ikun l-aħħar artiklu tiegħi f’din is-sensiela. Kull artiklu li ktibt kellu l-għan li jeħodna matul vjaġġ ta’ esplorazzjoni tal-kultura u tal-istorja tagħna. Flimkien…

Il-bikja ta’ ġnien Villa Frere

  Fil-5 ta’ Marzu ta’ din il-ġimgħa sirt naf li kien qiegħed jiġi ċċelebrat il- 250 anniversarju mit-twelid ta’ Mikiel Anton Vassalli; personaġġ magħruf bħala ‘missier l-ilsien Malti’ minħabba l-kontribut kbir li ta biex il-Malti jsir lingwa nazzjonali. Fatt li…