Archive for the ‘Littlerock’ Category
-
Il-presepju tax-xemgħa fir-Rabat, Għawdex
Kull meta nitla’ Għawdex u ninzerta għaddejjha minn Triq Vajringa, r-Rabat, ma nonqosx li nagħti titwila lil Toni Vassallo u lill-presepju kbir li hu ħadem mix-xemgħa.
“Meta ħriġt bil-pensjoni fl-1991, xtaqt nivvinta xi ħaġa ġdida biex ngħaddi l-ħin magħha,” stqarr Toni li llum jgħodd is-76 sena.
“Minn dejjem kont inħobb nagħmel il-presepji. Imma għodwa minnhom, ġieni f’rasi li nibda naħdem fuq presepju għal kollox differenti minn ta’ qablu. Kellu jkun presepju kbir qatiegħ u kont ser naħdmu mix-xemgħa.”
Il-kwantità kbira tax-xemgħa li kellu bżonn, Toni akkwistaha mingħand diversi ħbieb tiegħu li kienu jaħdmu fiċ-ċimiterji.
“Kienu jġibuli l-fdalijiet tax-xemgħat u jien kont inħollhom biex ikolli l-materjal ħalli naħdem il-presepju bihom. Meta rajt li kelli ammont biżżejjed biex nibda, bdejt narma l-forma tal-presepju bil-wajer u mbagħad nimla’ bix-xemgħa fuq il-post filwaqt li nagħti l-kulur skont dak li nkun qed nibni.”
Fix-xenarju tal-presepju, huwa ma naqasx li jinkludi diversi aspetti konnessi m’Għawdex, fosthom għar jixbaħ lill-Għar ta’ Ninu bl-istalaktiti niżlin mis-saqaf, u galleriji, irziezet u mtieħen bi stil Għawdxi. Imbagħad huwa fassal ukoll xi figuri bħall-Madonna, San Ġużepp u l-Bambin Ġesù flimkien mar-rgħajja u persunaġġi oħra.
“Kemm ilu għandi dan il-presepju biddiltlu l-faċċata darbtejn ħalli nvarja ftit ix-xeni. Għaldaqstant ħallejt ix-xenarju li kelli fuq quddiem u ħdimt ieħor bl-istess xemgħa.”
Minn ħin għall-ieħor, il-presepju jkollu xi viżitaturi u Toni ma jonqosx li jagħtihom nagħġa bajda tax-xemgħa bħala tifkira. Intant, meta erġajna sibna ruħna weħidna, hu wrieni l-apparat li bih jaħdem dawn in-nagħaġ, inkluż ukoll il-forom li jagħmel huwa stess.
“Issa li kbirt, dan il-presepju joffrili mezz biex nheda kemmxejn. Fl-istess ħin, fil-ftit siegħat li nkun hawn kuljum, niltaqa’ ma’ nies differenti u ngħid kelma ma’ dak u ma’ l-ieħor.”
(Dan l-artiklu deher fis-sit www.littlerock.com.mt f’Diċembru tal-2014)
Nota: Sfortunatament, illum 6 ta’ Frar 2015, ġejt mgħarrfa li Toni Vassallo żarma dan il-presepju.
Travelogue
Archives
M | T | W | T | F | S | S |
---|---|---|---|---|---|---|
« Jan | ||||||
1 | 2 | |||||
3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 |
10 | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 16 |
17 | 18 | 19 | 20 | 21 | 22 | 23 |
24 | 25 | 26 | 27 | 28 |
Recent Posts
- A MATTER OF FATE
- MALTA’S PREHISTORIC TREASURES
- THE MAGIC IS IN THE DETAIL
- THE SELLING GAME
- NEVER FORGOTTEN
- Ġrajjiet mhux mitmuma – 35 sena mit-Traġedja tal-Patrol Boat C23
- AN UNEXPECTED VISIT
- THE SISTERS OF THE CRIB
Comments
- Pauline Harkins on Novella – Li kieku stajt!
- admin on IL-KARNIVAL TRAĠIKU TAL-1823
- Albert on IL-KARNIVAL TRAĠIKU TAL-1823
- Martin Ratcliffe on Love in the time of war
- admin on 24 SENA ILU: IT-TRAĠEDJA TAL-PATROL BOAT C23