Category Articles

IL-KULURI TAĊ-ĊINA (4 Parti) L-Istorja taċ-Ċina

L-Istorja taċ-Ċina hija ikkumplikata mmens, l-aktar minħabba l-kobor tal-pajjiż. Infatti, bosta Ċiniżi jistqarru li lanqas huma ma jafuha kollha. Min-naħa l-oħra, fil-fehma tiegħi, għalina l-Ewropej hija naqra aktar diffiċli biex nassimilawha peress li tvarja ħafna mill-ġrajjiet storiċi li tgħallimna dwarhom.…

IL-KULURI TAĊ-ĊINA (1 Parti) Il-Belt Ipprojbita

Riċentement, bħala rikonoxxenza għal numru ta’ artikli li ktibt fit-Torċa dwar iċ-Ċina, iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta rrakkommanda lill-Ministeru Kulturali f’Beijing sabiex jistedinni nżur lil pajjiżhom. U f’ħin bla waqt, sibt ruħi naqta’ xewqa kbira li kelli li nara liċ-Ċina u…

Pawsa ta’ serenità

Dan iż-żmien hu sabiħ wisq hekk kif bosta nies ikunu għatxana biex igawdu l-ferħ li jġibu magħhom il-Milied u l-istennija għal sena ġdida. Il-ġmiel ta’ dawn il-jiem huwa li din l-atmosfera tkun imferrxa madwar diversi pajjiżi fid-dinja fejn kull nisel…

Il-kartolini postali Maltin

Kont ilni nixtieq niltaqa’ ma’ Chev. Dr. Anthony J. Abela Medici minħabba li għal bosta snin, huwa kien id-Direttur tal-Laboratorju Xjentifiku Forensiku tal-Pulizija ta’ Malta. Madanakollu, hekk kif dil-ġimgħa rnexxieli nisraqlu siegħa, minflok dwar il-forensika, sibt ruħi nitkellem miegħu dwar…

L-Album tal-Priġunieri tal-Gwerra

Ġurnata minnhom, ġewwa l-binja tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta fir-Rabat, tfaċċat mara anzjana mill-Kanada. F’idejha kellha xi dokumenti, fosthom album ta’ missierha li kien imur lura għall-Ewwel Gwerra Dinjija. Hi xtaqet tkun taf jekk l-arkivisti tagħna kienux isibu xi interess fl-oġġetti…

Mitluf wara l-ħin

Ix-xitan ma jaħti xejn Qatt innutajtu li bosta drabi, l-arloġġi tal-knejjes ma jaqblux bejniethom? Meta darba staqsejt dwar dan, xi ħadd semmieli t-tradizzjoni li tgħid li dak kien ġest li jsir apposta biex iħawwad lix-xitan, sabiex jekk dan jersaq lejn…

Iċ-Ċiniż li baqa’ Malta

Il-Ħadd li għadda bosta minna erħejnilha lejn iċ-ċimiterji ta’ madwar il-gżejjer tagħna sabiex insellmu lil qrabatna jew lil xi ħbieb li m’għadhomx magħna. Ħafna kienu dawk li ħadu magħhom bukketti sbieħ ta’ fjuri kkuluriti u jfuħu sabiex jitpoġġew fuq l-oqbra…