Category Torca – Perspettivi

QRARA SSOLVI SERQA STORIKA

Kultant inqabbel lil dawn il-gżejjer ċkejknin tagħna ma’ dak it-tip ta’ bniedem li aktar ma titkellem miegħu u iżjed ma ssir taf dwaru, aktar tgħożżu u torbtu ma’ qalbek u kważi kważi tixxennaq li tibqa’ miegħu l-ħin kollu bit-tama li…

WAQT ĦARBA S’GĦAWDEX

Ix-xogħol qatt ma bżajt minnu imma daqstant ieħor dejjem fittixt il-bilanċ fejn imqar għal ftit mumenti nkun nista’ nieqaf u nistrieħ u ngawdi l-frott ta’ dak li nkun qed naħdem għalih. Għaldaqstant hekk kif għal dawn l-aħħar ġimgħat tħabatt u…

WIRT LI JPOĠĠINA FUQ PEDESTALL

Dil-ġimgħa f’gazzetta lokali qrajt illi madwar 800,000 viżitatur fis-sena jżuru s-sit ta’ Stonehenge u jħallu warajhom madwar 6 miljun lira sterlina. Meta tqis illi n-nefqa kapitali biex jieħdu ħsieb dal-post hija ta’ 2.4 miljun lira sterlina fis-sena, tifhem sewwa x’valur…

MEMORJI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA FIŻ-ŻEJTUN

Saret tiġrili kull sena f’daż-żminijiet u forsi llum wara din l-intervista, fhimt għaliex… Hekk kif jersqu dawn il-ġranet tal-Ġimgħa l-Kbira, nibda nħoss ċertu nostalġija u spiss jibdew għaddejjin  minn quddiem moħħi xi memorji ta’ dawn il-ġranet ta’ żmien tfuliti. Ngħidu…

SWALI ĠODDA TAL-ARKEOLOĠIJA LOKALI

L-ewwel darba li wrejt ix-xewqa li nsir arkeoloġista, l-adulti madwari tbissmu u għal darb’oħra fakkruni li xi darba hemm bżonn li nibda ngħix naqra fir-realtà. U infatti l-pressjoni tagħhom dawwritli triqti u għal diversi snin ħdimt f’bosta setturi oħra. Imma…

META SER ISIRU X-SHELTERS GĦAŻ-ŻWIEMEL?

Darba qrajt li teżisti l-użanza li jorbtu lill-iljunfanti żgħar ma’ lasta ta’ xkupa ħalli jderruhom joqogħdu f’post wieħed. Il-ħaġa tal-iskantament kienet illi meta dan l-istess aġir jibqa’ għaddej matul il-ħajja ta’ dawn l-annimali, akkost li l-iljunfanti jikbru u jkunu kapaċi…

JISTA’ Ż-ŻMIEN JITREĠĠA’ LURA?

Kultant l-attitudni ta’ binti lejn il-ħajja ġġiegħlni nħares lura lejn il-passat tiegħi sabiex nikkompara ħajti ma’ tagħha. Xi drabi ninħasad bid-differenza għax inħoss l-impressjoni li għaddew ħafna aktar snin milli naħseb jien. F’waqtiet oħra nitbissem meta nara s-similarità li donnu…

L-GĦERF TAX-XIĦ U L-ENERĠIJA TAŻ-ŻAGĦŻUGĦ

Mhux soltu li nitratta s-suġġett tal-politika għax ma nħossx li hi l-linja tiegħi. Madanakollu din il-ġimgħa żort il-wirja tal-istorja tal-Partit Laburista li kienet imtella’ fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u mpressjonajt ruħi ferm bil-mod professjonali u dettaljat li nħadmet bih. Ċertament ma…

RUĦ ĠDIDA LIL SENGĦA ANTIKA

L-Istorja minn dejjem kienet taffaxxinani imma minn meta bdejt nagħmel intervista wara l-oħra biex nibni dawn l-artikli, irnexxieli nagħraf ukoll kemm huma interessanti n-nies ta’ llum. B’mod speċjali l-anzjani tagħna, sirt nistħajjilhom enċiklopediji ħajjin, mogħnija bl-isbaħ informazzjoni, dettalji, rakkonti, memorji,…

GĦAJNEJN TA’ SEQER

Din il-ġimgħa ġiet f’idejja kopja ta’ kuntratt antik tas-seklu sittax b’dik il-kitba tipika, mirquma u kollha nokkli sbieħ. Minn moħħi għadda l-ħsieb jekk dak in-nutar qattx basar li aktar minn ħames mitt sena wara, xi ħadd kien ser ikun qed…