Category Torca – Perspettivi

IL-ĠRAJJA WARA L-QNIEPEN

F’dawn l-aħħar ġranet qed inħossni ngħix f’ħolma… Imma mhux minn dawk is-sbieħ fejn ma jkollokx aptit tqum ħalli ma jispiċċaw qatt. Jum wara l-ieħor fuq it-tv u r-radju qed nisma’ bir-rivoluzzjonijiet li qed iseħħu f’bosta pajjiżi ġirien tagħna u ma…

EJJA SKOPRI L-ORJENT

Jingħad li l-popli li jgħixu fuq il-gżejjer sikwit  ikollhom storja partikolari ħafna. Dan minħabba illi l-baħar innifsu, speċjalment fiż-żminijiet antiki, kien joffri protezzjoni siewja lil dawn l-artijiet billi jservi ta’ ostaklu għal dawk il-qawwiet li ma kellhomx saħħa navali. Iżda…

WIRJA ETNOGRAFIKA TA’ VARI PROĊESSJONALI

Kultant ikun hemm post li għal xi raġuni jew oħra tiddeċiedi li tevitah…. hekk ġrali bil-Palazz tal-Inkwiżitur li jinsab fil-Birgu. Mingħajr qatt ma żortu, bnejt opinjoni negattiva dwaru, bbażata fuq il-kunċett mistkerrah tal-inkwiżizzjoni. Iżda, lekċer partikolari li attendejt għalih dil-ġimgħa,…

IT-TNEBBIH TA’ ĦOLMA

Kultant jiġi żmien meta tinduna li ħajtek ħadet rotta li ma twassal għal imkien jew almenu mhux għal dak il-post li tixtieq int. Tibda tħossok qisek qiegħed fuq it-tren żbaljata li b’veloċità qawwija qed tgħaddi minn postijiet li forsi inti…

WIRT IŻ-ŻEJTUN

Kull meta nċempel lill-ġenituri tiegħi, tiġri ħaġa partikolari – awtomatikament naqleb l-istil tal-lingwaġġ għad-djalett Żejtuni u hekk kif naqta’, nerġa’ lura għal Malti tas-soltu. Ma nagħmiliex apposta imma nieħu gost meta xi ħadd jiġbidli l-attenzjoni għal dan il-fatt għax fir-realtà…

MAĦLUQ GĦAL DINJA OĦRA

Mhux darba u tnejn li nkun għaddejja fit-triq u nilmaħ qatta’ għasafar itiru fis-smewwiet, bosta drabi ħamiem, mitluqa liberi minn sidhom għal ftit tal-ħin. Taffaxxinani dik l-abbiltà tagħhom li jtiru preċiżament flimkien, hekk kif iduru fuq naħa u mbagħad fuq…

XI TGĦID? NIŻFNU?

Ħelwin dawn l-ewwel ġranet ta’ Jannar għax magħhom iġibu spirtu ta’ bidu ġdid. Jagħtuk l-impressjoni li tista’ taqleb paġna fuq il-passat tiegħek u tibda ħajja oħra. Jimlewk b’ċertu ambizzjoni sabiex tilħaq oriżżonti ġodda u tipprova affarijiet mhux tas-soltu. Iħeġġuk biex…

L-EQDEM PRESEPJU MALTI

Dan l-aħħar ir-raġel qed jgħid li qed jinkwieta… peress li spiss sirt insib ruħi nħuf f’xi monasteru jew ieħor! Iżda xi tridni nagħmel jekk f’dawn il-binjiet li sa ftit ilu kont inħares lejhom b’tant formalità, qed niltaqa’ ma’ nies interessanti…

IL-MILIED IT-TAJJEB

Il-Milied reġa’ għoddu magħna u n-nies erħilha tfittex ir-rigali, torganizza l-ikliet, tibbukkja r-ristoranti u l-lukandi u saħansitra tippjana xi safra speċjali. Ironikament it-twelid ta’ Kristu ma jidħol imkien f’dan kollu. U kważi kważi, jekk tazzarda tammetti ma’ xi ħadd li…