Category Torca – Features & Articles

PONT MAĊ-ĊINA – IL-ĦAMES PARTI – B’tislima

    Fil-5 t’April 2014, rappreżentanti mill-Ambaxxata taċ-Ċina f’Malta u numru oħra ta’ persuni Ċiniżi, ngħaqdu ma’ xi individwi Maltin, fosthom mal-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, mas-Sindku ta’ Santa Luċija, Frederick Cutajar u ma’ membri tal-Malta-China Friendship Society, sabiex jattendu għal…

600 sena ta’ memorja pubblika

Xi mkien trid tieqaf! Infatti, għalkemm konxja li hemm ħafna aktar ġabriet interessanti x’nikteb dwarhom, dan ser ikun l-aħħar artiklu tiegħi f’din is-sensiela. Kull artiklu li ktibt kellu l-għan li jeħodna matul vjaġġ ta’ esplorazzjoni tal-kultura u tal-istorja tagħna. Flimkien…

Il-bikja ta’ ġnien Villa Frere

  Fil-5 ta’ Marzu ta’ din il-ġimgħa sirt naf li kien qiegħed jiġi ċċelebrat il- 250 anniversarju mit-twelid ta’ Mikiel Anton Vassalli; personaġġ magħruf bħala ‘missier l-ilsien Malti’ minħabba l-kontribut kbir li ta biex il-Malti jsir lingwa nazzjonali. Fatt li…

Temi Zammit

Kull tant żmien, l-umanità tnissel numru ta’ individwi prolifiċi li permezz tagħhom jitwettqu proġetti sinifikanti li jwasslu biex ibiddlu l-istorja ta’ pajjiżhom u sikwit, anki dik tad-dinja. Wieħed minn dawn kien Themistocles Zammit, li aktar tard sar magħruf bħala Sir…

Fuq il-passi ta’ Pawlu

“Kif ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta. In-nies tagħha ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. Laqgħuna tajjeb lilna lkoll u qabbdulna ħuġġieġa, għax kienet bdiet nieżla x-xita u kien il-bard….” Għoddni qed nilmaħ lill-appostlu San Luqa…

Kurżitajiet dwar Bormla

Avviż li deher dan l-aħħar fuq il-Facebook mill-Cospicua Heritage Society, ġibidli l-attenzjoni u qanqalli l-kurżità. Dan peress illi l-pubbliku kien qiegħed jiġi mistieden biex fis-siegħat mudlama tal-lejl, jingħaqad ma’ grupp li kellu l-għan li jżur numru ta’ inħawi partikolari f’Bormla…

Meta toħlom akbar

Il-Bibbja tirrakkonta l-istagħġib tar-rgħajja meta waqt lejl tas-skiet, is-sema ddawwlet b’dawl mhux tas-soltu filwaqt li anġlu ħabbrilhom li kien twieled ir-Re li Alla kien wiegħed li ser jibgħat. Wieħed jista’ jimmaġina l-emozzjoni tagħhom hekk kif dawn ġrew lejn il-post indikat…

Sorijiet u prostituti

Għaddejt minn quddiem il-Knisja tal-Maddalena kemm il-darba mingħajr qatt ma bsart xi storja kien hemm warajha. Madanakollu, minn dejjem naffarni l-ħsieb li din il-knisja antika kienet għamlet żmien tiġi utilizzata bħala post fejn jinħadmu l-karrijiet tal-karnival. Iżda kien biss ftit…

Mużew żgħir bi stejjer kbar

Il-mewt tal-arċipriet Dun Eric Overend li seħħet fit-28 t’April 2013, ħasdet liż-Żejtun kollu, aktar u aktar minħabba li dil-belt kienet għadha qed tipprova tfejjaq il-ferita tat-telfa tal-viċi tiegħu, Dun Renè Cilia, li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku ftit xhur qabel. Għal…