IL-VILLA RUMANA TAŻ-ŻEJTUN TAĦT IL-LENTI
Is-Sibt 6 t’Ottubru 2012, Wirt iż-Żejtun ser ikun qiegħed itella’ simpożju ta’ ġurnata fil-Juventutis Domus fi Triq San Girgor iż-Żejtun, li ser jitratta s-sit arkeoloġiku tal-villa Rumana li jinsab fl-inħawi tal-iskola sekondarja tal-bniet Santa Margerita (magħrufa wkoll bħala Carlo Diacono)…