Tag appogg

IMĦABBA BLA KUNDIZZJONI

Ngħiduha kif inhi, sikwit dil-ħajja mhiex faċli tgħixha. Bosta drabi teħodlok ħafna aktar milli tagħtik u lil uħud minna għandha ħabta tkabarhom saħansitra xi ftit aktar mill-oħrajn. Jiġu mumenti meta jagħtik li tfendi għal rasek u li tħalli l-mewġ iħabbat…

ĊOFF BLU GĦALL-PROTEZZJONI TAT-TFAL

Għalkemm l-interpretazzjoni tal-kuluri taf tvarja minn kultura għall-oħra, bosta jaqblu illi l-kulur blu jnissel sens ta’ trankwillità fil-bniedem, probabbilment minħabba li jfakkar fil-ġmiel tas-sema u fil-wisgħa tal-baħar. Għaldaqstant hemm min jisħaq illi f’uffiċini  miżbugħa b’dan il-kulur, il-ħaddiema jħossuhom aktar sereni…

BIEX ĦADD MA JIBQA’ LURA

Id-dinja hija post perikoluż, mhux kaġun ta’ dawk li jagħmlu l-ħażen imma minħabba dawk li jibqgħu jħarsu u ma jagħmlu xejn… Albert Einstein Ftit ilu qrajt ġrajja li ġrat tassew u li ħallietni mbellħa! Ma seħħietx f’pajjiżna imma ma tridx…

SAPPORT BIEX TERĠA’ TIBDA…

Qabel jiena sirt omm, kont naħseb illi ma kinetx daqshekk diffiċli li tkun ġenitur. Kont noqgħod ninnota l-attitudnijiet ta’ diversi ġenituri oħra filwaqt li nixtarr u nimmemorizza min kien l-aħjar minnhom ħalli l-quddiem nagħmel bħalhom. Qrajt ukoll numru ta’ kotba…

L-INTERESS TAT-TFAL JIĠI L-EWWEL

Wara artiklu riċenti li deher fit-Torċa rigward abbuż fuq tifel ta’ erbgħa snin, iddiskutejna mal-APPOĠĠ il-proċeduri li jittieħdu f’dawn il-każi. Iltqajna ma’ Ruth Sciberras li hija s-Service Manager tat-Taqsima tas-Servizzi Għat-Tfal. “Diffiċli biex togħġob lil kulħadd” qaltilna. “Sfortunatament f’xogħolna bosta…

L-ABBUŻ SESSWALI FUQ IT-TFAL HUWA MARD JEW REAT KRIMINALI?

F’pajjiżna jeżisti l-abbuż sesswali fuq it-tfal? Pedofelu kif jintagħraf? Il-pedofelija titfejjaq jew titrażżan biss? X’nista’ nagħmel bħala ġenitur biex nipproteġi lil uliedi? Li kieku kelli nirraporta abbuż sesswali, jemmnuni? Lil min nista’ nitlob għajnuna u x’miżuri jittieħdu? Għandu jinħareġ reġistru…