Tag Awstralja

Ibgħathieli bil-Posta

“Il-Milied ta’ dari kien inqas kummerċjali minn dak ta’ llum u dan huwa saħansitra evidenti minn dak li tirċievi fil-posta,” għarrafni missieri Saviour Busuttil li qatta’ 37 sena jaħdem bħala pustier. Infatti f’dawn l-aħħar snin, hekk kif jibda joqrob il-Milied,…

Kontinent Ieħor

“F’żogħżiti l-Awstralja kienet meqjusa bħala dinja tal-ħolm, dinja ta’ opportunitajiet li ma kellniex f’pajjiżna. Ironikament it-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija nissel problema ta’ qgħad kbir fil-gżejjer Maltin u speċjalment iż-żgħażagħ bdew jaħarquhom saqajhom biex jitilqu minn fuq din l-art ħalli jfittxu…

X’TISTA’ TAGĦMEL BIL-BAJD?

Jiena u nikteb dan l-artiklu qed insegwi l-ħelsien ta’ numru ta’ individwi li kienu nqabdu għal diversi ġimgħat taħt l-art fil-minjiera ta’ San Jose fiċ-Ċili. Ma nistax ma nitqanqalx meta nifhem minn xhiex għaddew dawn il-persuni u l-familji tagħhom. U…

LURA FIŻ-ŻMIEN – IL-MALTIN FL-AWSTRALJA

Ironikament it-tmiem tal-gwerra dinjija kien il-kawża ta’ qgħad kbir f’pajjiżna. Bosta ħaddiema sfaw bla xogħol u wħud ma rawx għażla aħjar minn dik li jħallu lil art twelidhom biex imorru jfittxu xortihom f’pajjiż ieħor. Il-kontinent Awstraljan kien wieħed minn dawk…

TGĦID GĦADHOM JIFTAKRUNI?

Permezz ta’ dawn l-artikli qegħdha kull darba nikkonferma l-għerf tal-qawl Malti illi jgħid ‘mitt bniedem mitt fehma’. Spiċċa ż-żmien meta b’mod inġenwu kont naqsam lin-nies f’żewġ kategorji biss – favur jew kontra, abjad jew iswed, vi jew va. Perspettiva wara…

ŻMIEN IL-GWERRA F’GĦAWDEX

Bħal bir fond li dejjem jixxennaq għall-ilma, aktar ma niltaqa’ ma’ nies li jirrakkuntawli dwar l-esperjenzi tagħhom, iżjed inħossni li rrid inkun naf. Permezz ta’ dawn l-individwi qegħdha niskopri l-għeruq ta’ niesi u ta’ pajjiżi u l-għożża tiegħi lejn dat-tnejn…

IL-ĦAJJA BĦAL LOTTERIJA

“Illum, aktar minn qatt qabel, jeżisti l-bżonn li nitkellmu flimkien u li nisimgħu lil xulxin sabiex nifhmu aħjar kif inħarsu lejn id-dinja tagħna. Iċ-ċinema huwa l-aħjar mezz kif tista’ tagħmel dan.” Martin Scorsese INTERVISTA: RAMON MIZZI – Kittieb, Direttur, Co-producer…

L-EWWEL PASSI TA’ SKULTUR

“Rajt anġlu f’irħama u qbadt nonqox fiha sakemm illiberajtu,” qal darba Michelangelo meta staqsewh x’wassal biex għamel skultura partikolari. L-arti minn dejjem kienet għal qalbi. Dik li artist titwieled u mhux issir nemmen biha u għaldaqstant taffaxxinani. Il-fatt li għandek…