STUDENTI JGĦINU BIEX TKUN IRKUPRATA L-ISTORJA MITLUFA
“Dawn il-fdalijiet instabu b’kumbinazzjoni fl-1961 meta bdew ix-xogħlijiet għall-bini ta’ din l-iskola. Il-magni goffi użati biex titneħħa l-ħamrija ħalli jinkixef il-blat għas-sisien tal-bini ta’ l-iskola ltaqgħu ma’ knaten kbar tal-ġebel li d-daqs tagħhom kien juri li kien hemm xi bini…