DAR-RAĠEL KELLU JINQATEL!
Rappreżentazzjonijiet tal-ġrajja tal-passjoni ta’ Kristu ilhom isiru s-snin. Madanakollu n-nies baqgħet dejjem tattendi bi ħġara, akkost li ormaj l-istorja kulħadd jafha. Fil-fatt għadni niftakar b’ċarezza meta kont għadni tifla u l-ġenituri tiegħi kienu jeħduni nara xi dramm tal-passjoni f’dawn il-ġranet…