Tag presepju

Il-presepju tax-xemgħa fir-Rabat, Għawdex

Kull meta nitla’ Għawdex u ninzerta għaddejjha minn Triq Vajringa, r-Rabat, ma nonqosx li nagħti titwila lil Toni Vassallo u lill-presepju kbir li hu ħadem mix-xemgħa.  “Meta ħriġt bil-pensjoni fl-1991, xtaqt nivvinta xi ħaġa ġdida biex ngħaddi l-ħin magħha,” stqarr…

Pawsa ta’ serenità

Dan iż-żmien hu sabiħ wisq hekk kif bosta nies ikunu għatxana biex igawdu l-ferħ li jġibu magħhom il-Milied u l-istennija għal sena ġdida. Il-ġmiel ta’ dawn il-jiem huwa li din l-atmosfera tkun imferrxa madwar diversi pajjiżi fid-dinja fejn kull nisel…

IR-RAKKONT TAL-AKBAR ĠRAJJA

Skont W J Cameron “Kien hemm biss Milied wieħed…. il-bqija huma kollha anniversarji.”  U ħadd ma jista’ jlumu għax hekk hu. Forsi għalhekk li aktar ma jgħaddi ż-żmien, is-sinifikat oriġinali tiegħu qiegħed dejjem kull ma jmur jintilef u jinbidel fit-tema…

L-EQDEM PRESEPJU MALTI

Dan l-aħħar ir-raġel qed jgħid li qed jinkwieta… peress li spiss sirt insib ruħi nħuf f’xi monasteru jew ieħor! Iżda xi tridni nagħmel jekk f’dawn il-binjiet li sa ftit ilu kont inħares lejhom b’tant formalità, qed niltaqa’ ma’ nies interessanti…

IL-MILIED IT-TAJJEB

Il-Milied reġa’ għoddu magħna u n-nies erħilha tfittex ir-rigali, torganizza l-ikliet, tibbukkja r-ristoranti u l-lukandi u saħansitra tippjana xi safra speċjali. Ironikament it-twelid ta’ Kristu ma jidħol imkien f’dan kollu. U kważi kważi, jekk tazzarda tammetti ma’ xi ħadd li…

L-EWWEL PRESEPJU MEKKANIKU

“Għandi ħolma!” qal il-Monsinjur Emmanuel Galea lil neputih Pawlu Pavia. Kien l-1945 u Malta kienet għadha kif għaddiet miż-żmien qalil tal-gwerra. L-isqof kien mar joqgħod iż-Żejtun minħabba l-attakki kontinwi fuq l-Isla u matul dak iż-żmien huwa kien laħaq bħala direttur…

MILIED FIX-XELTER U MEMORJI TAL-GWERRA

Kultant jiġu drabi meta nħossni qisni x-xbieha ta’ mera mfarrka… persuna waħda b’diversi angoli li kollha jippreżentaw l-istess wiċċ imma fir-realtà l-ebda waħda mhi bħall-oħra. Fil-fatt sikwit insib ruħi niġġieled miegħi nnifsi għax min-naħa inkun naħsibha mod u min-naħa l-oħra…

IL-PRESEPJU LI ĦOLOQ PANDEMONJU SĦIĦ…

Mijiet, jekk mhux eluf, bħal daż-żmien imorru jduru l-ibliet u l-irħula ta’ Malta biex jaraw il-presepji ppreżentati. Wieħed minn dawn il-presepji l-aktar magħruf  bla dubju ta’ xejn huwa dak li hemm fl-Istitut Ġesù Nazzarenu fiż-Żejtun… B’kumbinazzjoni dil-ġimgħa ltqajt ma’ eks-kollega…

X’INHI DAR MINGĦAJR PRESEPJU?

Huwa l-Milied li jkun hemm fil-qalb li jpoġġi l-Milied fl-arja… W.T Ellis Hekk kif jibda Diċembru, trid jew ma tridx, issib lil moħħok qed jibda jikkalkula l-ġranet li fadal għal Milied. Forsi biex tara kemm fadallek żmien biex tieħu vaganza…