XTAQT INSIR QASSIS – intervista mas-sindku ta’ Wied il-Għajn li jaħdem fil-Missjoni
Għalija Jannar huwa xahar ta’ bidla, ta’ deċiżjonijiet… ċans ieħor biex tibda sena ġdida ta’ opportunitajiet. Għaldaqstant nitfixkel u ninħasad wisq meta speċjalment f’daż-żminijiet iseħħu traġedji koroh bħat-terremot f’Haiti dil-ġimgħa. Jibdew jgħaddu minn quddiem moħħi d-diversi ħajjiet mitlufa jew mkissra,…