Tag Tony Terribile

Take me to church

“ ‘They have hit our church!’ cried a man as he stumbled down in the tunnel which was located under the Mall Garden. We were huddling in there for shelter together with many other people as the bombs came down…

IRRID NIDĦOL F’KULL KAPPELLA

Il-gżejjer tagħna huma miżgħuda bit-tifkiriet ta’ missirijietna imma tiskanta kemm il-milja taż-żmien għandu l-ħabta li jnessi ċerti ġrajjiet. Fost dawn hemm l-għadd ta’ kappelli ċkejknin, bosta minnhom dejjem magħluqin, donnhom abbandunati. Minn dejjem kienu jiġbduni lejhom, wieqfa hemm b’dik ir-rassenjazzjoni,…

RUĦ ĠDIDA LIL SENGĦA ANTIKA

L-Istorja minn dejjem kienet taffaxxinani imma minn meta bdejt nagħmel intervista wara l-oħra biex nibni dawn l-artikli, irnexxieli nagħraf ukoll kemm huma interessanti n-nies ta’ llum. B’mod speċjali l-anzjani tagħna, sirt nistħajjilhom enċiklopediji ħajjin, mogħnija bl-isbaħ informazzjoni, dettalji, rakkonti, memorji,…

AKTAR MA NĦAFFER AKTAR INSIB

“Jiena għandi vantaġġ li ma nsuqx,” bdieli d-diskors l-personaġġ li kellimt dil-ġimgħa, Tony Terribile. “Għaldaqstant kull fejn immur ikolli nimxi u b’hekk insib aktar ċans biex nosserva mill-qrib it-toroq li nkun għaddej minnhom.” Perspettiva interessanti! Personalment ma nistax nimmaġinani ma…

IL-GWERRA MA DIFNITUX…

Kull meta nara xi filmati dwar Malta fil-gwerra, qalbi tingħasar. Ma niflaħx nara lil dawk l-ajruplani jitilqu l-bombi fuq niesi u fuq pajjiżi. Taqbadni rabja kbira u ma nkunx nista’ nikkontrolla d-dmugħ hekk kif nara n-nies imwerwra jiġru fit-triqat biex…