Posts Tagged ‘mormi’
-
ILMA TAX-XITA MORMI L-BAĦAR
F’dawn l-aħħar jiem, fil-gżejjer tagħna niżel ammont kbir ta’ xita. Uħud isostnu li din hija barka meta pajjiżna huwa tant nieqes mill-ilma. Imma fir-realtà x’qed jiġri mill-ilma tax-xita? Qegħdin ingawdu minnu jew il-biċċa l-kbira tiegħu qiegħed jintilef fix-xejn?
Dorna ma’ diversi postijiet f’Malta u Għawdex u nnutajna li ħafna mill-ilma qiegħed letteralment jintrema l-baħar.
Meta qed jintefqu tant flejjes biex jitħaddmu l-impjanti tar-reverse osmosis, għaliex qed nippermettu din il-ħela?
Huwa evidenti illi ma jeżistix ippjanar tajjeb għall-immaniġġjar ta’ dan ir-riżors. Kull ġurnata, il-bini u t-triqat li jinbnew, qed jisirqu ftit aktar mill-art agrikola ta’ pajjiżna u jkomplu jżidu l-problema tal-assorbiment tal-ilma. Dan huwa wkoll il-kaġun tal-għargħar li jikkawża diversi ħsarat f’postijiet bħal Bikirkara u l-Imsida.
Jekk l-ilma tax-xita ma jkunx jista’ jiġi assorbit mill-art, dan jispiċċa jaqbad kors partikolari u jibqa’ nieżel lejn sors. Peress li Malta u Għawdex huma gżejjer, jekk dan l-ilma ma jiġix direzzjonat f’lokazzjoni apposta, finalment ser jasal sal-baħar u jintilef. Ir-riżultat huwa tnaqqis fl-ilma tal-pjan u nfiq ta’ flus biex niġġeneraw aktar ilma.
Fatt ieħor huwa illi dan l-ilma jġorr kull ma jsib fi triqtu u jikkaġuna diversi konsegwenzi fosthom:
(i) it-telf tal-ħamrija mill-egħlieqi;
(ii) il-ġarr ta’ pestiċidi mill-egħlieqi bil-possibilità li jitħallat mal-bqija tal-ilma użat għax-xorb;
(iii) il-ġbir ta’ skart bħall-karti, fliexken tal-plastik eċċ li jispiċċaw fil-baħar;
(iv) inkonvenjenza għal min jgħix, jimxi jew isuq f’dawn it-triqat.
Jeżistu diversi possibilitajiet biex jinġabar l-ilma tax-xita bħal:
(i) infurzar li f’kull dar li tinbena jkun hemm bir;
(ii) bini ta’ ‘catchment areas’ fejn l-ilma jinġabar u jitqassam fl-egħlieqi jew lura mal-ilma tal-pjan fosthom: ġibjuni taħt wesgħat kbar bħal roundabouts, bandli, parking areas, supermarkets u taħt it-triqat il-ġodda;
(iii) tħawwil ta’ siġar mad-dawra ta’ wesgħat kbar (fejn possibbli) bħal bandli, parking areas, binjiet kbar u supermarkets.
Minflok ippjanar għall-ġbir tal-ilma tax-xita, mir-ritratti li ħadna, jidher ċar illi l-ilma qiegħed jitħalla jew wisq agħar – jiġi direzzjonat apposta – biex jintrema l-baħar.
Nafu x’aħna nagħmlu?
Meta ser issir strateġija serja biex il-problema tat-telf tal-ilma tax-xita tiġi indirizzata?
(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tal-15 ta’ Marzu 2009)
Travelogue
Archives
M | T | W | T | F | S | S |
---|---|---|---|---|---|---|
« Jan | ||||||
1 | 2 | 3 | 4 | 5 | ||
6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 |
13 | 14 | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 |
20 | 21 | 22 | 23 | 24 | 25 | 26 |
27 | 28 | 29 | 30 | 31 |
Recent Posts
- A MATTER OF FATE
- MALTA’S PREHISTORIC TREASURES
- THE MAGIC IS IN THE DETAIL
- THE SELLING GAME
- NEVER FORGOTTEN
- Ġrajjiet mhux mitmuma – 35 sena mit-Traġedja tal-Patrol Boat C23
- AN UNEXPECTED VISIT
- THE SISTERS OF THE CRIB
Comments
- Pauline Harkins on Novella – Li kieku stajt!
- admin on IL-KARNIVAL TRAĠIKU TAL-1823
- Albert on IL-KARNIVAL TRAĠIKU TAL-1823
- Martin Ratcliffe on Love in the time of war
- admin on 24 SENA ILU: IT-TRAĠEDJA TAL-PATROL BOAT C23