Tag Torċa

L-EWWEL PASSI TA’ SKULTUR

“Rajt anġlu f’irħama u qbadt nonqox fiha sakemm illiberajtu,” qal darba Michelangelo meta staqsewh x’wassal biex għamel skultura partikolari. L-arti minn dejjem kienet għal qalbi. Dik li artist titwieled u mhux issir nemmen biha u għaldaqstant taffaxxinani. Il-fatt li għandek…

MILL-MOSTIN GĦALL-MALTIN

Żort il-post għall-ewwel darba għax kien stedinni ħabib tiegħi biex immur nara l-wirja li kien qed itella’ fir-Razzett tal-Markiż il-Mosta. F’post b’isem bħal dak minn kollox kont nippretendi, minbarra dak li sibt…. Ir-Razzett tal-Markiż mhux ħlief ġawhra moħbija qalb il-bini…

GĦALIEX ŻDIEDU L-BRAM?

F’dawn l-aħħar snin, hekk kif jasal is-Sajf, miegħu qed jaslu wkoll numru kbir ta’ bram li jħassar ħafna mill-pjaċir li dan l-istaġun iġib miegħu. Issa qed tissemma wkoll speċi ġdida li taf tidħol fl-ibħra tagħna – il-Portughese Man of War:…

GĦANDI BIEX NAGĦMEL MUŻEW!

Bosta psikologi jsostnu illi jeżisti bħall-bżonn fil-bniedem li jġiegħlu jikkollezzjona. Meta wieħed iġemma’ l-oġġetti, flimkien magħhom huwa jkun qed jiġbor ukoll il-memorji tas-sidien ta’ dawk l-affarijiet, it-tifkiriet li jqanqlu l-oġġetti nfushom, l-istorja tagħhom u mitt ħaġ’oħra. Fl-istess ħin, permezz ta’…

BNIEDEM AVŻAT, NOFSU ARMAT!

Issa li qorob is-Sajf u li s-sħana bdiet tinħass sew, il-qilla tax-xemx diġa’ qed turi snienha mhux ħażin. In-nies bdiet tqaċċat il-ħwejjeġ u tintefa’ tilgħaq ix-xemx bit-tama li tismar u tiġi aktar attraenti. Imma fir-realtà x’aħna nieħdu minn dawn ir-raġġi?…

X’INHU L-AĦJAR GĦAT-TFAL?

Hekk kif it-tfal jibdew joqorbu lejn l-età tal-iskola jew hekk kif l-omm tiddeċiedi li tixtieq tmur taħdem, sikwit tinqala’ l-kwistjoni dwar x’inhu l-aħjar għat-tfal. It-tfal għandhom jitħallew ma’ xi qraba jew ikun aħjar li kieku jmorru f’xi childcare centre ħalli…

IĊ-ĊIMITERJU B’GĦAJNEJN OĦRA

Ara ġejja l-mewt għalik, biex tixwik, biex taqlik. Ara ġejja! Ara waslet! Din id-daqqa min tahielek? Din il-kantaliena konna ngħodduha b’logħba meta konna żgħar. L-inqas ħsieb fuq dak li konna qed ngħidu. Iżda hekk kif nikbru ftit u naraw u…