Tag Torċa

AKTAR KIENET TAGĦTI KAS TAL-KANT TAL-KOR

Il-mużika hija l-ħoss li jħallu l-emozzjonijiet… Awtur mhux magħruf. Tiskanta x’jgħaddi minn moħħ it-tfal! Il-persuna li ntervistajt illum qaltli illi darba waħda, meta kienet għadha tifla ċkejkna, kienet marret tqerr għand qassis peress li ndunat illi waqt il-quddiesa aktar kienet…

ARTI BL-GĦADAM UMAN

L-ewwel darba li rajt ritratt tal-Kappella tal-Għadam li kien hemm il-Belt tkexkixt! Ma stajtx nifhem xi jwassal biex bniedem jibni xi ħaġa makabra bħal dik. Kien għalhekk li xtaqt nara l-perspettiva ta’ ħaddieħor dwarha. Intant, ftit tal-ġranet ilu nirċievi telefonata…

MIRA KULTURALI GĦAS-SENA 2020

Għalkemm pajjiżna minħabba ċ-ċokon tiegħu jaf jintilef fix-xejn meta wieħed ikun qed jifli xi mappa tad-dinja, l-istorja tiegħu turi xort’oħra. Fil-fatt il-pożizzjoni ġeografika ideali f’nofs il-baħar Mediterran dejjem attirat l-attenzjoni ta’ dawk li għarfu l-potenzjal tal-art tagħna u minħabba f’hekk…

IL-FOTOGRAFU TAN-NATURA

Kienet kbira l-agħa li qamet meta l-ewwel esploraturi tal-kontinent Afrikan ħadu lura magħhom l-oġġetti, l-ħlejjaq u sfortunatament anki xi individwi Afrikani. Minn dakinhar in-nies intilfet wara din l-art misterjuża u sal-ġurnata ta’ llum is-seħer tagħha għadu tant qawwi li bosta…

RUĦ OĦRA F’PALAZZO FALSON

Waħda mill-ħolmiet kbar tiegħi hija illi xi darba jkolli dar antika, dar bi storja warajha, dar li rat bosta affarijiet iseħħu fiha, dar b’dinjità u forsi b’xi ftit misteru, dar li kapaċi tkellmek… dar li għandha ruħ. Hawnhekk sikwit iwaqqfuni…

ĊOFF BLU GĦALL-PROTEZZJONI TAT-TFAL

Għalkemm l-interpretazzjoni tal-kuluri taf tvarja minn kultura għall-oħra, bosta jaqblu illi l-kulur blu jnissel sens ta’ trankwillità fil-bniedem, probabbilment minħabba li jfakkar fil-ġmiel tas-sema u fil-wisgħa tal-baħar. Għaldaqstant hemm min jisħaq illi f’uffiċini  miżbugħa b’dan il-kulur, il-ħaddiema jħossuhom aktar sereni…

IS-SEĦER TAD-DINJA KLASSIKA

L-Istorja b’dik il-laqta leġġendarja minn dejjem kienet tinżilli għasel. Niftakar illi l-iskola għamilna ħabta nistudjaw l-Odissea ta’ Omeru li kienet tirrakkonta l-vjaġġ twil ta’ Odissew wara l-waqgħa ta’ Trojja. Tistgħu taħsbu kif bqajt meta wasalna fil-parti ta’ meta l-eroj jinqabad…

IS-SANTI – L-ISTORJA WARA L-ISTAMPI

Jingħad illi stampa tiswa daqs elf kelma. Kien forsi dan il-ħsieb li wassal għall-ħolqien ta’ l-ewwel pitturi reliġjużi li matul il-milja tas-snin iċċekknu fil-qies sa ma ħadu d-daqs tas-santi. F’dik il-ħabta, bosta min-nies kienu lliterati u għaldaqstant il-Knisja użat metodu…